Informazzjoni dwar il-munita ewro
L-ewro huwa l-munita uffiċjali ta’ L-Unjoni Ewropea. Beda jintuża fl-1999 u ġieli jissejjaħ il-‘munita waħdanija’. Dan, għaliex l-ewro qed jintuża minflok il-flus differenti li kellhom tlettax-il pajjiż ta’ l-Unjoni. Kull pajjiż li juża l-ewro jagħmel parti minn dik li tissejjaħ iż-‘żona ewro’.
L-ewro huwa mqassam f‘muniti u f‘karti. B’kollox hemm tmien muniti, u kull waħda għandha n-naħa ‘Ewropea’ u n-naħa ‘Nazzjonali’. Fuq in-naħa Ewropea nsibu l-mappa ta’ l-Ewropa jew il-mappa taż-żona ewro.
Fuq in-naħa l-oħra tal-munita nsibu disinni differenti u speċjali. Dawn intagħżlu minn kull pajjiż li juża l-ewro. Dan hu mod wieħed kif aħna l-Maltin nistgħu naqsmu l-kultura tagħna maċ-ċittadini sħabna l-Ewropej!
Kompli > Il-muniti ta' l-ewro





