Read this text in English English

Il-muniti ta' l-ewro

Dawn huma t-tmien muniti ta’ l-ewro:
Ċenteżmu, 2 ċenteżmi, 5 ċenteżmi, 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu, 50 ċenteżmu, ewro u żewġ ewro.

Euro Coins - Front and Back

Kif tistgħu taraw, kull munita għandha xi disinn ta’ l-Ewropa fuq quddiem u disinn nazzjonali ta’ Malta fuq wara. Hemm tliet disinni Maltin li ġew magħżulin miċ-ċittadini Maltin f’kompetizzjoni li saret fl-2006. L-aktar disinni popolari kienu: is-Salib ta’ Malta, l-Arma ta’ Malta u l-Altar tat-Tempju ta’ l-Imnajdra.

Dan huwa xi ħjiel kif inti tista’ tagħraf il-muniti differenti ta’ l-ewro:

Il-muniti kollha għandhom daqs differenti minn xulxin. B’kollox hemm tliet kuluri differenti.

Il-muniti taċ-ċenteżmu, taż-żewġ ċenteżmi u tal-ħames ċenteżmi għandhom kulur il-bronż. Il-muniti tal-għaxar ċenteżmi, tal-għoxrin ċenteżmu u tal-ħamsin ċenteżmu huma xi ftit akbar fid-daqs u għandhom kulur id-deheb. Il-muniti ta’ l-ewro u taż-żewġ ewro huma l-isbaħ minnhom kollha! Dan, għaliex għandhom żewġ kuluri differenti – il-fidda u d-deheb!

Imma tinkwetawx. M’intomx se titfixklu. L-ewro wieħed għandu l-kulur tal-fidda fin-nofs, bit-tarf tad-deheb; filwaqt illi l-munita taż-żewġ ewro hija akbar fid-daqs u għandha l-kulur tad-deheb fuq ġewwa, bid-dawra tal-fidda.

Kompli > Il-karti ta’ l-ewro



                 Web Developer: Rose Anne Xerri       Flash Games: Franco Costa
                 Graphic Designers: Conrad Fenech & Winston Attard