Fatti dwar l-ewro
Il-punti mniżżlin hawn taħt għandhom jgħinuna niddiskutu l-bidla għall-ewro fil-klassi:
Fatt #1: L-ewro huwa l-munita uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
Fatt #2: L-ewro huwa l-munita ta’ 15-il pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea, li huma: L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Portugal, Spanja u s-Slovenja.
Fatt #3: Il-Gvern Malti addotta l-ewro fl-ewwel ta’ Jannar ta' l-2008.
Fatt #4: Malta kellha tilħaq il-kriterji ta’ Maastricht qabel ma tkun tista’ tadotta l-ewro. Dawn il-kriterji jillimitaw l-iżbilanċ fil-baġit tal-gvern, u jirrikjedu l-istabbiltà fil-prezzijiet (livell baxx ta’ inflazzjoni) u wkoll rati baxxi fl-interessi tal-bank.
Fatt #5: Malli Malta addottat l-ewro, il-politika monetarja saret ir-responsabbiltà tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Fatt #6: L-ewro jagħti ħafna benefiċċji lil Malta:
- L-eliminazzjoni tar-riskji marbutin mar-rata tal-kambju u l-eliminazzjoni ta’ l-ispejjeż marbuta mat-tranżazzjonijiet tal-kummerċ;
- Jiffaċilita l-investiment u t-turiżmu bejn il-pajjiżi membri taż-żona ewro.
Fatt #7: L-ewro huwa t-tieni l-akbar munita fid-dinja, wara d-Dollaru Amerikan ($). Sa terz tal-kummerċ dinji jsir bl-ewro.
Fatt #8: Mill-bidu tal-2007, il-ħwienet bdew juru l-prezzijiet kemm bil-Lira Maltija kif ukoll bl-ewro. L-għan hu li ċ-ċittadini jkollhom l-opportunità jidraw il-valur ta’ l-ewro.Kompli > Ideat oħra





