Read this text in English English

Ideat oħra

Hawn għandek xi ideat oħra li jistgħu jgħinuk tintroduċi l-ewro f’dawn is-suġġetti:

Il-Matematika: Tista’ ddaħħal is-suġġett ta’ l-ewro meta tkun qed tgħallem jew tirrevedi s-sistema. Tista’ wkoll turi kif il-Lira Maltija tinqaleb għall-ewro.

Ix-Xjenza Ekonomika: L-istudenti jistgħu jitħarrġu fuq l-evoluzzjoni tal-flus u l-ħolqien tal-munita waħdanija. Inti tista’ wkoll tiddiskuti l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u r-rwol ta’ L-Unjoni Ewropea.

L-Arti: Tista’ tinkoraġġixxi lill-istudenti tiegħek biex jużaw il-kreattività tagħhom u jagħmlu disinn ‘nazzjonali’ għall-muniti ta’ l-ewro.

L-Istudji Ewropej/l-Istorja: L-iżvilupp u t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea u taż-żona ewro jistgħu jkunu inklużi f’xi lezzjonijiet.

It-Teknoloġija ta’ l-Informatika: Hemm ħafna siti ta’ l-internet li għandhom informazzjoni dwar l-ewro, u dawn jistgħu jagħmlu parti mil-lezzjonijiet tat-Teknoloġija ta’ l-Informatika.

 

 

 

 

 

 

 

 



                 Web Developer: Rose Anne Xerri       Flash Games: Franco Costa
                 Graphic Designers: Conrad Fenech & Winston Attard