|

Kumpatibilta' mal-Browsers
Installazzjoni
Problemi Komuni
Ideat għall-Klassi
Is-Sillabu
Ipprintja l-Paġni Ħajr u Referenzi
|
Din il-websajt hija bbażata fuq is-Sillabu
l-ġdid tal-Primarja li ħareġ fl-2005. L-argument ikopri l-ewwel sezzjoni
tas-Sillabu Ta' l-Istudji Soċjali - Ambjent Storiku (Sezzjoni 6.1 -
Iż-Żmien Pre-Istoriku u l-Ewwel Nies li għexu f'Malta) u l-Miri ta'
Tagħlim kollha li jaqgħu taħtha:
-
6.1.1:
Li l-istudenti jkunu jafu fuq l-ewwel nies f'Malta u x-xogħol tagħhom.
-
6.1.2:
Li l-istudenti jifhmu għala Għar Dalam hu importanti fl-istudju
tal-pre-istorja ta' Malta.
-
6.1.3:
Li l-istudenti jifhmu li l-bniedem beda jagħmel progress kbir minn dak
iż-żmien meta ma kellu l-ebda kumditajiet.
-
6.1.4:
Li l-istudenti jkollhom tagħrif dwar il-fdalijiet pre-istoriċi li nstabu
u jkunu jafu jinterpretaw dawn il-fdalijiet.
Ikklikkja
hawn biex tniżżel fajl PDF ta' din
il-parti tas-Sillabu. |